Lokali Parlament

1,578 persuna qed jistennew biex jidħlu f’dar tal-anzjani

Huma 1,578 persuna, li bħalissa qed jistennew biex jidħlu ġo dar tal-anzjani.

Dwar kemm hemm anjani li qed jistennew biex jidħlu ġo dar tal-anzjani staqsiet fil-Parlament  lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva d-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Prevvi.

Il-Ministru Jo Etienne Abela qal ukoll li qed isir kull sforz sabiex jinkisbu s-sodod kollha disponibbli fis-suq privat.