Local Parlament

Aktar minn 800 liċenzja ħarġet lil barranin biex jinstaqu x-xarabanks u l-coaches

Il-maġġoranza kbira tal-liċenzji ġodda fil-Kategoriji D u D Automatic, li huma l-kategoriji meħtieġa sabiex jinstaqu x-xarabanks u l-coaches, inħarġu lil persuni ta’ nazzjonalità barranija. Aktar minn 500 liċenzja ħarġet lil persuna ta’ nazzjonalità barranija.

Minn ċifri li ta Chris Bonett, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi; fil-Parlament għal mistoqsijiet tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo, jirriżulta li s-sena li għaddiet, ħarġu total ta’ 607 liċenzja ġdida fil-Kategoriji D u D Automatic, li huma l-kategoriji biex jinstaqu x-xarabanks u l-coaches. 

Minn dawn il-liċenzji, 80 inħarġu lil persuni ta’ nazzjonalità Maltija, filwaqt li 527 inħarġu lil persuni ta’ nazzjonalità barranija.

Bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena, inħarġu total ta’ 355 liċenzja ġdida biex jinstaqu x-xarabanks u l-coaches.  Minn dawn il-liċenzji, 49 ingħataw lil persuni ta’ nazzjonalità Maltija, filwaqt li 306 ingħataw lil persuni barranin