Futbol Sport

Franza se jilgħabu fl-istess grupp ta’ Erling Haaland

It-trofew tat-Tazza tad-Dinja f'idejn il-kowċ tal-Arġentina, Lionel Scaloni.
It-trofew tat-Tazza tad-Dinja f'idejn il-kowċ tal-Arġentina, Lionel Scaloni.

Illum fil-JFK Centre f’Washington, ittellgħu l-poloz tal-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 2006, edizzjoni li se tkun waħda rekord, kemm għall-finalisti li se jieħdu sehem; 48 pajjiż b’kollox li sitta minnhom għad iridu jikkwalifikaw, u Tazza tad-Dinja rekord għaliex se tkun l-ewwel edizzjoni li tkun organizzata bejn tliet pajjiżi, l-Istati Uniti, l-Messiku, u l-Kanada.

It-48 pajjiż kienu maqsuma f’erba’ kategoriji, bit-timijiet tal-ewwel kategorija jinkludu wkoll lit-tliet organizzaturi. Minn dawn it-tnax-il grupp jgħaddu l-ewwel żewġ klassifikati flimkien mal-aqwa tmien pajjiżi mit-tielet klassifikati, biex ikunu magħrufa l-aħħar 32 nazzjon fejn minn hemm ‘l quddiem tibda l-fażi tan-KO. 

Il-logħba inawgurali tat-Tazza tad-Dinja se tintlagħab fil-11 ta’ Ġunju bejn il-Messiku u l-Afrika t’Isfel.

It-tnax-il grupp huma kif ġej:

Grupp A

Grupp B

Grupp C

Grupp D

  • Messiku
  • Afrika t’Isfel
  • Korea t’Isfel
  • Play-Off D
  • Brażil
  • Marokk
  • Haiti
  • Skozja
  • Brażil
  • Marokk
  • Haiti
  • Skozja
  • Stati Uniti
  • Paragwaj
  • Awstralja
  • Play-Off C

Grupp E

Grupp F

Grupp G

Grupp H

  • Ġermanja
  • Curacao
  • Kosta tal-Avorju
  • Ekwador
  • Olanda
  • Ġappun
  • Play-Off B
  • Tuneżija
  • Belġju
  • Eġittu
  • Iran
  • New Zealand
  • Spanja
  • Cabo Verde
  • Urugwaj
  • Għarabja Sawdija

Grupp I

Grupp J

Grupp K

Grupp L

  • Franza
  • Senegal
  • Play-Off 2
  • Norveġja
  • Arġentina
  • Alġerija
  • Awstrija
  • Ġordan
  • Portugall
  • Play-Off 1
  • Użbekistan
  • Kolombja
  • Ingilterra 
  • Kroazja
  • Ghana
  • Panama