ll-Lieutenancy ta’ Malta Equestrian Order of the Holy Sepulchre of Jerusalem iċċelebrat okkażjoni storika bit-tnedija tad-Deleġazzjoni Lokali tal-Belt Valletta u bl-induzzjoni ta’ persuni ġodda waqt ċerimonja solenni fl-Oratorju tad-Decollato, fil-Belt Valletta.
L-inizjattiva, li tirrifletti l-viżjoni tal-Ambaxxatur Roberto Buontempo, tiffoka fuq l-involviment taż-żgħażagħ fil-missjoni tal-Ordni u fuq it-tisħiħ tal-valuri tal-fidi, tal-fraternità u tas-servizz. Il-pesuni ġodda — Walter Abdilla, Pablo Busuttil Delbridge, Nicholas Kast u Armando Xerri — irċevew il-Mantell bħala sinjal ta’ impenn għat-triq ta’ formazzjoni spiritwali u karitattiva li tinsab quddiemhom.
Matul l-istess avveniment tnediet ukoll formalment id-Deleġazzjoni Lokali tal-Belt Valletta, taħt il-gwida ta’ Michael Pace Ross bħala delegat lokali, u Mons. Joseph Galea-Curmi bħala Prijur. Erba’ pitturi restawrati mill-Knisja ta’ Ta’ Doni ġew żvelati, b’risq il-missjoni tal-Ordni li jħares il-wirt sagru.
Il-komunità laqgħet ukoll lil Rayes Lemmens wara li rriloka b’mod definit għal Malta. Iċ-ċerimonja ġibdet magħha membri tal-Ordni, kleru, u qraba.
//= $special ?>

