Lokali

Il-kriżi fil-Malita tolqot direttament tliet proġetti tal-housing

Qed jidher li mhux biss il-proġett tal-Housing ta’ Ħal Farruġ qed isib bosta intoppi, però issa l-proġetti tal-housing li hemm bżonn finanzjar għalihom tela’ għal tlieta – fil-Qrendi u f’Bormla.

Dan hekk kif qed ikompli joħroġ biċ-ċar li l-ħofra finanzjarja tal-Malita hija akbar milli tidher, dan hekk kif ġie żvelat li l-istess kumpanijja ser jkollha tissellef biex tħallas il-bqija tal-proġetti li bħalissa jinsabu temporanjament u kompletament weqfin, liema statement pubbliku sar fis-satra tal-lejl.

Intant jidher li l-istess kumpanijja pubblika, issa ser ikollha tiddejjen flejjes kbar, b’detriment fuq dawk l-għexieren ta’ nies li għadhom qed jistennew post tal-housing soċjali.

Apparti min hekk rigward l-istess Malita, il-Ministru tal-Housing Roderick Galdes jinsab taħt investigazzjoni mill-Awditur Ġenerali wara li l-Partit Nazzjonalista ressaq talba biex l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika jinvestiga allegazzjonijiet dwar indħdil politiku min-naħa tal-Ministru fil-kumpanija Malita Investments li saru mill-Eks MEP Laburista u Eks Chairperson tal-istess kumpanija Marlene Mizzi.

Apparti allegat indħil politiku, Mizzi allegat ukoll li l-Ministru tal-Housing kien qed jitħabbeb ma’ ċerti kuntratturi tal-kumpanija. Hi qalet li tneħħiet mill-kariga tagħha wara li ġibdet l-attenzjoni tal-Ministru dwar dan.