Local Parlament

Il-lift fil-Marsa Ħamrun Bypass hu magħluq… u ħsarat oħra f’lifts oħra pubbliċi

Jirriżulta li l-overpass lift tal-Marsa Junction A3 Tower kellu 31 ħsara minn Jannar 2024 s’issa. Il-lift fil-Marsa Ħamrun Bypass hu magħluq minħabba vandaliżmu li sar fuqu.  Dawn il-lifts huma fil-proċess li jiġu mibdula, u għandhom ikunu finalizzati sal-aħħar tal-ġimgħa d-dieħla, ġaladarba spezzjonijiet ta’ kwalità u sigurtà ikunu konformi.

Ħsarat oħra kienu rappurtati – 10 darbiet fil-lift ta’ Blata l-Bajda, 16-il darba l-lift tal-MCAST, 22 darba bil-ħsara l-lift li jinsab fil-Marsa Junction u 20 darba bil-ħsara l-lift tal-Yellow Bridge.

ll-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi qal fil-Parlament li wara spezjoni li saret nhar is-26 ta’ Novembru 2025, irriżulta li l-uniċi lifts li nstabu mhux jiffunzjonaw huma dawk tal-Marsa Junction (biswit il-One Complex) u li bħalissa qed isiru xi tiswijiet fuqhom.

Il-Minisrtru Chris Bonett kien qed iwieġeb mistoqsijiet tad-Deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut.