Sport

Il-Malta Handball Association torganizza l-Louis Borg Cup tan-nisa

Il-Malta Handball Association organizzat l-edizzjoni tal-2025 tal-Louis Borg Cup tan-nisa, fejn din l-edizzjoni ħadu sehem timijiet mill-Premier u l-Ewwel Diviżjoni. Swieqi Gasan Mamo Phoenix rebħu l-finali wara li għelbu lil Kavallieri RSE 39 – 21.

L-aħjar scorers għal Kavallieri kienu Ciantar b’10 gowls, Saliba b’7 gowls u Ellul b’2 gowls filwaqt li għal Phoenix Schiavone u Galazka bi 11-il gowl kull wieħed u Drugovic b’6 gowls.

Id-diviżjonijiet tal-irġiel waslu fil-kwarti-finali tan-Knock Out fejn Swieqi Gasan Mamo għelbu lil HMS 35 – 25 filwaqt li Kavallieri RS2 għelbu lil Żebbuġ Wurth Malta Phoenix 49-24 u Ħamrun ESS Phoenix għelbu lil Shooting Stars 38 – 28 u La Salle Karrettun għelbu lil Valletta 48 – 27.