Lokali

Il-Partit Nazzjonalista jfakkar id-39 anniversarju mill-qtil politiku ta’ Raymond Caruana

Fid-39 anniversarju mill-qtil politiku ta’ Raymond Caruana, il-Partit Nazzjonalista llejla sellem lill-Martri għal-Libertà, li spiċċa vittma ta’ attakk politiku fuq il-Każin tal-PN fil-Gudja.

Illejla, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg u diversi uffiċjali tal-Partit poġġew fjuri fuq il-qabar ta’ Raymond Caruana, kif ukoll attendew għal quddiesa b’suffraġġju għal ruħu fil-Knisja tal-Gudja.

Wara, inżammet attività politika, li kienet indirizzata fost oħrajn mill-Kap tal-PN Alex Borg, li fakkar kif Raymond inqatel innoċentament f’attività soċjali biex jiċċelebra l-bidu tad-demokrazija li Malta u Għawdex tagħna kellhom bżonn dak iż-żmien.

Il-Kap tal-PN qal li hu importanti li nibqgħu nfakkru dak li seħħ fil-passat bit-tama li jkollna futur isbaħ u ż-żminijiet tas-snin 80 ma jirrepetux ruħhom.