Lokali

Imniedi l-kalendarju tal-programm ‘Marċi u Bandalori’

“Ejjew nibqgħu naħdmu sabiex inżommu l-Festi u l-Baned tagħna ħajjin”

Hekk stqarr il-Preżentatur tal-programm ‘Marċi u Bandalori’ Joe Chetcuti – li għal 21 sena konsekuttiva qiegħed jerġa’ jippubblika l-Kalendarju Annwali tiegħu.

Il-preżentatur ta’ Net FM saħaq li hu jinsab sodisfatt immens li l-programm ‘Marċi u Bandalori’ huwa sinonimu mal-festa Maltija u l-Kultura tal-Maltin u l-Għawdxin kolla.

Għat-tnedija tal-Kalendarju Annwali kien hemm preżenti il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg flimkien mal-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Calascone, numru ta’ kandidati, deputati Parlamentari u uffiċjali tal-Partit.

Dan apparti numru sabiħ ta’ repreżentanti minn bosta Każini tal-Baned.

Din l-attività ġiet preżentata minn Pauline Marie Chetcuti.