L-organizzaturi tal-Eurovision ser ikunu qiegħdin iħallu lil Iżrael jikkompeti fil-Festival ta’ din is-sena – liema deċiżjoni wasslet sabiex għadd ta’ pajjiżni jissospendu lilhom infsuhom milli jieħdu sehem fil-konkors.
Intant Spanja, l-Olanda, l-Irlanda u anke Slovenia irtiraw uffiċjalment il-parteċipazzjoni tagħhom mill-Eurovision ta’ din is-sena minħabba din id-deċiżjoni tal-EBU.
Qabel ittieħdet id-deċiżjoni, l-organizzaturi kienu magħrfa rigward possibilment ‘boycott’ min naħa ta’ ċerta pajjiżi li jipparteċipaw fl-istess konkors.
Intant hemm wkoll il-possibilità li jitħabru aktar boycots minn pajjiżi oħra li mistennija jipparteċipaw.
Min naħa tiegħu Owen Bonnici, il-Ministru tal-Kultura, kien saħaq li Malta xorta waħda ser tkun qed tikkompeti f’dan il-Fesitval Ewropew.
//= $special ?>

