Lokali

L-istazzjon Laburista joħroġ igiddeb lill-Awtorità tax-Xandir

L-istazzjon Laburista jibda kampanja ta' propaganda, ibbażata fuq fake news

One News ħareġ igiddeb b’mod sfaċċat is-survey tal-Awtorità tax-Xandir u ivvinta fake news, meta injora għal kollox id-data li ħarġet illum b’mod uffiċjali. U minflok, għażel li jikkwota ċifri li – skont il-One – ġabhom mingħand il-kumpanija GO.

Bil-Partit Laburista u l-midja tiegħu jimminaw l-awtonomija tal-Awtorità tax-Xandir, fejn il-Labour stess għandu żewġ rappreżentanti.

Il-Partit Laburista għażel li jgħaddi biż-żmien lill-partitarji tiegħu b’informazzjoni li m’għandha x’taqsam xejn mad-data maħruġa mill-Awtorità tax-Xandir – illi turi biċ-ċar li NET TV HU L-AKTAR STAZZJON SEGWIT F’PAJJIŻNA, aktar minn TVM u One.

Iżda l-midja Laburista ħadet deċiżjoni li toħloq storja mqanżħa; u bbażata biss fuq statistika li ħadd m’għandu aċċess għaliha b’mod pubbliku.

Jidher li din id-deċiżjoni diġà ħolqot diżgwit kbir anke internament. Tant li kien hemm saħansitra anke partitarji li fakkru kif din hija kważi ripetizzjoni ta’ dak li seħħ fil-Counting Hall wara l-elezzjoni tal-MEPs, fejn bellgħuha lill-counting agents li l-Labour kien rebaħ bi 30,000 vot!