L-aħħar stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir jikkonferma li Net Television huwa l-aktar stazzjon privat segwit, u issa qabeż ukoll lil TVM meta wieħed jara x-share ta’ kuljum.
Fil-fatt, għall-ewwel darba fl-istorja, Net TV għeleb il-kompetizzjoni tal-PBS u tal-media Laburista f’dak li għandu x’jaqsam il-medja ta’ udjenzi kull ġimgħa matul is-sajf li għadda.
L-istħarriġ sar f’Settembru li għadda.
Mir-rapport tal-Awtorità tax-Xandir:
The local TV station with the highest weekly average percentage audience share is NET TV standing at 23.9%, followed by ONE (17.6%) and TVM (13.9%).
L-aktar tliet programmi segwiti mill-istazzjonijiet kollha tat-televiżjoni kienu ‘Opinjoni’, ‘Qabża’ u ‘Perspettivi’.
Il-programm ‘Qabża’ kien l-aktar programm li ġibed udjenzi minn fost il-programmi ta’ divertiment.
‘Perspettivi’ qabeż il-programmi kollha ta’ ġrajjiet kurrenti, filwaqt li ‘Opinjoni’ baqa’ l-aktar programm ta’ diskussjoni popolari f’pajjiżna.
Intant, Net FM saħħaħ postu bħala t-tieni l-aktar stazzjon segwit – qabel l-istazzjonijiet tal-PBS.
Il-programm ‘Kuntatt’ ta’ Dione Borg u l-breakfast show ta’ Indri Attard huma fost l-aktar popolari fuq ir-radju.
L-istess survey tal-Awtorità tax-Xandir juri biċ-ċar li anke s-sit NetNews.com.mt għamel avvanzi kbar. U issa, qabeż kemm lill-One u anke TVM
//= $special ?>

