Jinsab fl-aqwa tagħhom il-preparamenti għall-maratona ġbir ta’ fondi li se jorganizza dan ix-xahar il-Partit Nazzjonalista – maratona li kull sena timmarka x-xahar ta’ Diċembru u l-festi tal-Milied, fejn id-Dar Ċentrali tinbidel f’benniena ta’ attività, u attrazzjonijiet li jolqtu l-familja kollha.
Il-maratona se ssir il-Ħadd 14 ta’ Diċembru.
Matul il-jum, il-Kap tal-PN Alex Borg flimkien ma’ Sarah se jkunu qed jiltaqgħu man-nies fid-Dar Ċentrali tal-PN.
Din il-maratona hija parti minn ġimgħa sħiħa ta’ attivitajiet li se jibdew fid-9 ta’ Diċembru – l-għada tal-Kunċizzjoni.
Intant, bħalissa għaddejja l-inizjattiva ta’ crowdfunding li se tgħin biex jibda l-ewwel podcast tal-PN. Min jixtieq jikkontribwixxi jista’ jidħol fis-sit www.pn.org.mt/tama u jħalli donazzjoni għal din l-inizjattiva.
//= $special ?>

