Seba’ żgħażagħ Maltin irrappreżentaw lil Malta fil-Kampjonat Ewropew taċ-Ċess għaż-Żgħażagħ 2025 f’Budva, fil-Montenegro. Huma taw prestazzjonijiet b’saħħithom tul serje ta’ 9 rawnds kompetittivi. f’dawn il-kategoriji:
Nikol Borg ikkompeta fl-Open U8; Keshav Reyansh fl-Open U10; John Refalo fl-Open U12; Hayley Thornton fil-Women’s U14; Yunlong Wang fil-Women’s U14; Matthew Portelli fl-Open U14 u Leonardo Zangrilli fl-Open U16
Prestazzjonijiet b’saħħithom f’kull Kategorija
Fis-sezzjoni Open U16, Leonardo Zangrilli kiseb riżultati sorprendenti. Hu irnexxielu jikseb 2 rebħiet u 2 draws kontra avversarji b’saħħithom, li għenuh jitla’ fil-klassifika mill-104 post għal 97 post.
Matthew Portelli, li kien qed jikkompeti fl-Open U14, kompla bis-suċċessi tiegħu għal din is-sena fejn issa irnexxielu jirbaħ 4 logħbiet u jikseb 2 draws, biex spiċċa fit-34 post. Huwa kiseb l-aqwa riżultat personali meta għeleb lil FIDE Master
Fil-kategorija tan-nisa U14, Yunlong Wang u Hayley Thornton, it-tnejn spiċċaw bl-istess riżultati. Wang, champion nazzjonali U14 u Best Female Junior Champion, assigurat 2 rebħiet u draw. Thornton ukoll kellha wirja soda. Fl-aħħar logħba, iż-żewġ Maltin kellhom jilagħbu kontra xulxin, logħba li spiċċat bi draw, biex b’hekk it-tnejn spiċċaw il-kompetizzjoni bi 3 punti kull wieħed. L-aħħar li ġara mument bħal dan fl-EYCC kien propju fl-2018 fil-Latvia, fejn żewġ Maltin spiċċaw avversarji ta’ xulxin.
Fl-Open U12, John Refalu kiseb żewġ rebħiet, waħda minnhom kontra plejer b’rating ferm ogħla minnu, flimkien ma’ 3 draws. Huwa spiċċa l-avveniment b’total ta’ 3.5 punti, biex żamm posthu fil-klassifika fis-97 post.
Fl-Open U10, in-national champion U12, Keshav Reyansh kellu bidu b’saħħtu. Minkejja pairings iktar ibsien iktar tard fil-kompetizzjoni, huwa rnexxielu jikkonkludi b’total ta’ 3 punti minn 2 rebħiet u 2 draws.
Nikol Borg, li kien qed jikkompeti fl-ewwel kompetizzjoni internazzjonali, irnexxielu jagħti prestazzjoni mill-iktar impressjonanti fil-kategorija Open U8. Huwa spiċċa t-turnew fl-40 post, 9 postijiet ogħla mill-klassifika oriġinali tiegħu.
//= $special ?>

