Lokali

Raġel weġġa’ gravi wara ħabta fil-Gżira

Raġel ta’ 59 sena residenti l-Gżira sofra ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas s-siegħa ta’ filgħodu fi Triq Mikiel Anton Vassallo, il-Gżira.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq Toyota Vitz, tilef il-kontroll u kellu
impatt ma’ barikati tal-ħadid.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi
ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.