Lokali

Riżenja oħra fil-kumpanija Malita Investments

Il-Ġimgħa filgħodu l-kumpanija Malita Investments ħabbret li s-Segretarju tal-Kumpanija, Albert Cilia, irriżenja mill-pożizzjoni tiegħu.

Riżenja oħra li tasal ftit tal-jiem biss wara r-riżenja taċ-Chairman Eżekuttiv Johan Farrugia – riżenji li ma ngħataw ebda raġuni għalihom mill-kumpanija li 82% minnha hija sehem tal-Gvern.

Dawn ir-riżenji jaslu hekk kif sar magħruf fid-dominju pubbliku li l-kumpanija qed tħabbat wiċċha ma’ kriżi finanzjarja kbira.