Fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista sar riċeviment għall-eks deputati tal-PN li servew fil-passat fil-Parlament Malti.
Intant il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg laqa’ lil dawn l-eks deputati Nazzjonalisti sabiex flimkien jieħdu xi ħaġa flimkien u jġeddu l-memorji li sawru l-istorja ta’ dan il-Partit bi storja kbira.
Isemmew ukoll fost l-oħrajn żminijiet turbulenti kemm għal PN u anke għal pajjiż – speċjalment fis-snin tmenin, anke minħabba li ġie mfakkar il-qtil politiku li ħalla l-Raymond Caruana martri tal-libertà u d-demokrazija.
Apparti min hekk kien hemm wkoll bosta diskussjonijiet fuq il-futur ta’ Malta u tal-PN – anke sabiex fis-snin li ġejjin, il-Partit Nazzjonalista joffri Gvern li jġib lil poplu Malti u Għawdxi qabel kollox. U sabiex b’policies tajbin, ħajjet il-poplu Malti u pajjiżna b’mod ġenerali jkun jista’ jagħmel qabża ta’ kwalità.
Intant il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li l-esperjenza ta’ dawn l-eks deputati u uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista hija essenzjali għal għat-tfassil tal-politika tal-Partit Nazzjonalista – sabiex l-istess politika tkun mibnija fuq esperjenza u msawra b’ideat ġodda li kapaċi jieħdu l-Partit Nazzjonalista għal pass li jmiss. Ċioe li jmexxi lil dan il-pajjiż bħala Gvern tan-nies u għan-nies.
Preżenti kien hemm ukoll Sarah Bajada, is-Segretarju tal-PN Charles Bonello, kif ukoll is-Segretarju Organizzativ Stephan Caruana.
//= $special ?>

