Il-fergħa żgħażugħa tal-Partit Nazzjonalista Team Start nediet clean-up fil-limiti tas-Siġġiewi, propju fiż-żona Ta’ Żejnu.
Preżenti fost numru sabiħ ta’ persuni li kkolaboraw ma’ Team start f’din il-clean up kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg flimkien ma’ Sarah u ċ-ċkejken Sam, fejn mhux biss taw daqqa t’id però anke rringrazzjaw lil din il-fergħa li fil-ġurnata tas-Sibt iddeċidiet li tati xi ħaġa lura lill-pajjiż.
Intant bosta żgħażagħ saħqu li dawn il-clean ups iħallu ġid kbir – minħabba li jinġabar dak l-iskart li jkun qiegħed fl-ambjent naturali limitati ta’ pajjiżna.
Min naħa tagħhom il-membri ta’ team-start rringrazzjaw lil dawk preżenti u ddikjaraw li ż-żgħażagħ għandhom jgħatu l-kontribut tagħhom, anke jekk limitat, biex nagħmlu l-pajjiż aħjar.
Preżenti kien hemm ix-Shadow Ministers Jerome Caruana Cilia, Ivan Castillo, Bernice Bonello kif ukoll is-Sindku tal-Lokalità.
//= $special ?>
