Aston Villa kisbu rebħa kruċjali li se jiswa’ ħafna matul l-istaġun tagħhom hekk kif fil-15-il ġurnata huma għelbu lil Arsenal 2-1. Dan ir-riżultat itella’ lill-Villians fit-tielet post, tlett punti inqas mill-avversarji Arsenal li jinsabu fl-ewwel post, u żewġ punti inqas minn Manchester City fit-tieni post li komplew jagħlqu d-distakk minn mal-Gunners hekk kif għelbu lil Sunderland 3-0.
Id-difensur laterali Pollakk Matty Cash xeħet ġewwa wara 36 minuta, biex l-Gunners jagħmlu l-iskor indaqs fit-52 minuta permezz ta’ Trossard.
Emozzjoni kbira mis-sapporters f’Villa Park hekk kif fis-96 minuta Emiliano Buendia jrnexxielu jixħet ġewwa għall-gowl tar-rebħa.
Minn naħa l-oħra, prestazzjoni eċċezjonali miż-żewġ trequartisti Rayan Cherki u Phil Foden fil-partita kontra Sunderland twassal għar-rebħa importanti ta’ 3-0.
Cherki fundamentali biex jipprovdi l-ewwel assist fil-31 minuta għal Rueben Dias, biex 4 minuti wara difensur ieħor jiskorja din id-darba jkun Josko Gvardiol mis-suġġeriment ta’ Phil Foden.
Phil Foden din id-darba jsib ix-xibka fil-65 minuta minn suġġeriment ta’ Rayan Cherki.
Luke O’Nien intwera l-karta ħamra fil-95 minuta.
Tasal it-tieni rebħa nfila ta’ Everton hekk kif għelbu lil Nottingham Forest 3-0.
It-Toffees fil-vantaġġ wara żewġ minuti hekk kif Milenkovic xeħet fix-xibka tiegħu stess.
Barry u Drewsbury-Hall jiskorjaw gowl kull wieħed biex jagħmlu l-iskor finali 3-0.
Newcastle United kisbu rebħa ta’ 2-1 f’partita li segħtet tispiċċa ħafna agħar għal Burnley. Bruno Guimaraes u Anthony Gordon jiftħu l-iskor fl-ewwel taqsima, u Burnley jispiċċaw b’għaxra wara t-tkeċċija ta’ Pires.
Zian Flemming jiskorja fl-94 minuta pero jkun tard wisq għar-rimonta ta’ Burnley.
Assist ta’ Xavi Simons lil Richarlison fil-25 miuta, u gowl tal-istess Olandiż fit-43 minuta jwasslu għar-rebħa ta’ 2-0 ta’ Tottenham Hotspur fuq Brentford.
Tlett partita nfila bla rebħa għal Chelsea hekk kif temmew fi draw ta’ bla gowls kontra Bournemouth. Iċ-cherries kellhom opportunita’ li jiftħu l-iskor wara 4 minuti pero Antoine Semeyo kellu l-gowl tiegħu mħassar wara konsultazzjoni tar-referee mal-VAR.
Liverpool kisbu riżultat diżappuntanti ieħor hekk kif irnexxielhom jitilfu vantaġġ ta’ żewġ gowls kontra Leeds United biex spiċċaw fi draw ta’ 3-3.
L-ewwel taqsima tkun nieqsa mill-gowls, pero Liverpool jirrispondu tajjeb ħafna fl-ewwel 5 minuti tat-tieni taqsima b’żewġ gowls ta’ Hugo Ekitike f’żewġ minuti.
Madankollu, fit-73 minuta u fil-75 minuta Leeds jirrispondu b’żewġ gowls huma issa hekk kif Calvert-Lewin jiskorja mill-penalty spot, u Stach jixħet ġewwa għad-draw.
Szoboszlai ħaseb li se jkun l-eroj tar-Reds fit-80 minuta hekk kif skorja t-tielet gowl, madankollu fis-96 minuta Ao Tanaka jkun l-eroj ta’ Leeds u jsalva punt mistħoqq għal Leeds f’Elland Road.
//= $special ?>

