Lokali

Il-Ministru Galdes m’offrix ir-reżenja tiegħu lil Robert Abela

Il-Ministru Roderick Galdes ikkonferma li ma’ offrix ir-riżenja tiegħu lill-Prim Ministru Robert Abela.

Dan fid-dawl ta’ akkużi ta’ indħil politiku fil-kumpanijja Malita u xiri ta’ penthouse fir-Rabat Għawdex bil-prezz ta’ 140 elf ewro.

L-allegazzjonijiet li Galdes qed jitħabbeb mal-kuntratturi ġiet mill-qalba tal-Labour, propju mill-Eks MEP Laburista Marlene Mizzi, li permezz ta’ post fuq il-Facebook tagħha ddeskriviet l-azzjonijiet ta’ Galdes bħala “hobnogging” – cioè li jitħabbeb mal-kuntratturi.

Intant fuq il-programm ta’ Andrew Azzopardi fuq Campus FM, meta ġie mistoqsi dwar il-fatt li dawn l-akkużi kollha ħarġu min ekx MEP Laburista – Il-Ministru Galdes saħaq li dak li qed tgħid Mizzi mhux vanġelu.

Apparti min hekk ġie mistoqsi wkoll dwar l-istat finanzjarju tal-kumpanijja, bil-ħofra finanzjarja tal-Malita tkun akbar milli kienet tidher inizjalment hekk kif fis-satra tal-lejl…tard il-Ħamis filgħaxija… l-istess kumpanija żvelat li ser jkollha tipprova tissellef biex il-proġetti tal-Housing jissoktaw – u l-proġetti jinsabu kompletament weqfin. Iżda Ministru Galdes xorta waħda qed jisħaq li jinsab seren.

Intant mistoqsi minn Andrew Azzopardi dwar l-assi tal-Kabinett Laburista – Galdes baqa’ jinħeba wara d-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-Membri Parlamentari – U baqa’ jaħrab mill-fatt li d-dikjarazzjonijiet tal-Kabinett tal-Gvern, għal sentejn sħaħ, ma’ ġewx iddikjarati.

Fl-aħħar nett, turija ċara tal-arroganza tal-Gvern Laburista, li ilha tirrenja għal dawn l-aħħar snin, Galdes għamilha ċara, li mhux talli mhux ser jirreżenja fuq akkużi li saru mill-eks MEP Laburista – iżda lanqas biss offra li jirreżenja, b’Galdes jgħid li ma offra u ser joffri l-ebda’ reżenja lill-Prim Ministru Robert Abela. Turija wkoll  ċara ta’ sfida min naħa tal-Ministru tal-Housing.

Intant, fl-isfond tal-istat finanzjarju ta-Malita – l-Ġimgħa filgħodu sar magħruf mill-istess kumpanija li s-Segretarju Albert Cilia rriżenja mill-pożizzjoni tiegħu – riżenja oħra f’temp ta’ ftit ġimgħat wara li ċ-Chairman Eżekuttiv ta’ Malita, Johan Farrugia rriżenja l-ġimgħa l-oħra.