Il-Pakistan u l-forzi tat-Taliban fl-Afganistan attakkaw lil xulxin – kunflitti li seħħew matul il-lejl viċin il-belt Afghana ta’ Spin Boldak, viċin il-fruntiera li tifred iż-żewġ pajjiżi. Biż-żewġ naħat iweħlu f’xulxin.
Kawża ta’ dan, in-nies ħarbu mid-djar tagħhom bil-karozzi u bil-mixi hekk kif iż-żewġ naħat fetħu n-nar għal kważi erba’ sigħat. It-tobba f’Kandahar qalu li erba’ persuni tilfu ħjjithom u erba’ oħra ttieħdu l-isptar.
Kemm il-Pakistan kif ukoll it-Taliban akkużaw lil xulxin li bdew l-isparaturi. Kelliem għall-Prim Ministru tal-Pakistan qal li t-Taliban wettqu “sparar mhux provokat”, u li l-forzi Pakistani rreaġixxew bil-qawwa biex jipproteġu lil pajjiż. It-Taliban qal li l-Pakistan “beda l-attakki” u sostna li djar ġew milquta minn artilleriji u kanuni.
Dan l-attakk seħħ inqas minn xahrejn wara li l-Qatar u t-Turkija għenu liż-żewġ naħat jaqblu dwar waqfien mill-ġlied.
It-taħditiet komplew il-ġimgħa li għaddiet fl-Arabja Sawdija, iżda ma ntlaħaq l-ebda ftehim ġdid.
//= $special ?>

