Futbol Sport

Inter jirbħu kontra Como, ikomplu l-istaġuni negattivi ta’ Atalanta u Fiorentina

Ikompli l-istaġun diżappuntanti għall-aħħar għal Fiorentina hekk kif soffrew telfa ta’ 3-1 konta Sassuolo fil-MAPEI Stadium.

La Viola bdew fuq sieq tajba hekk kif fetħu l-iskor wara 9 minuti logħob minn penalty tal-eks Juventus Rolando Mandragora, madankollu Cristian Volpato jiskorjwa wara 14-il minuta minn assist ta ukoll eks Juventus Tarik Muharemovic, bid-difensur mill-Bosnja jiskorja dak li eventwalment kellu jkun il-gowl li ta vantaġġ lin-Neroverdi fil-45 minuta,

Il-kowċ ta’ Sassuolo, Fabio Grossa jintwera l-karta ħafma fid-59 minuta.

Ismael Kone jiskorja l-aħħar gowl mis-suġġeriment tal-iskorer ewlieni Cristian Volpato.

Inter tefgħu l-pressjoni fuq Milan u Inter wara r-rebħa kbira li kisbu fuq Como ta’ 4-0. Riżultat pjuttost sorprendenti hekk kif Como qiegħed ikollhom staġun tajjeb ħafna taħt it-tmexxija ta’ Cesc Fabregas, li fis-sajf kien qiegħed jisemma’ biex isir kowċ ġdid ta’ Inter.

Lautaro Martinez skorja s-seba’ gowl fi tlettax il-partita fis-Serie A meta fetaħ l-iskor wra 11-il minuta logħob.

It-tlett gowl l-oħra jaslu fit-tieni taqsima minn Marcus Thuram fid-59 minuta, Hakan Calhanoglu fit-81 minuta u Carlos Augusto fil-85 minuta.

Tasal l-ewwel rebħa staġjonali għal Hellas Verona bl-aħjar mod hekk kif għelbu lil Atalanta 3-1. Rebħa sorprendenti għall-aħħar, anke minħabba l-fatt li fl-aħħar ġimgħat Atalanta qabdtu r-ritmu u kellhom tlett rebħiet infila wara t-tneħħija tal-kowċ Juric.

Hellas Verona jiftħu l-isjor fit-28 minuta permezz ta’ Rank Belghali, segwit minn gowl ta’ Giovane Nascimento 8 minuti wara.

Antoine Bernede jiskorja l-aħħar gowl ta’ Hellas Verona fil-71 minuta.

Atalanta jnaqqsu l-iskor fil-71 minuta bil-penalty ta’ Scamacca.