Il-maġġoranza tal-Maltin għadhom isegwu l-aħbarijiet permezz tat-televiżjoni.
Dan kien konfermat mill-aħħar stħarriġ li sar mill-Awtorità tax-Xandir, li jpoġġi lil Net News fuq l-aħbarijiet tas-Super One.
Is-survey juri li terz tal-persuni li jaraw it-televiżjoni, isegwu l-aħbarijiet fuq Net Television. Dan jikklassifika lil Net News qabel l-aħbarijiet tal-One, li fl-aħħar snin – taħt Robert Abela – biddel l-istrateġija tiegħu biex sar aktar partiġjan u pjattaforma ta’ propaganda; xi ħaġa li huwa evidenti li mhux qed tintlaqa’ tajjeb man-nies.
Iċ-ċifri tal-istħarriġ tal-Broadcasting Authority jindikaw biċ-ċar li fil-grupp ta’ udjenza b’età bejn il-21 u l-40 sena – li jinkludu żgħażagħ u adulti żgħar fl-età – Net Television jaqbeż lill-midja Laburista. U Net News jibqa’ l-aktar popolari.
Apparti minn hekk, anke s-sit NetNews.com.mt reġa’ kkonsolida l-pożizzjoni tiegħu.
Mill-istħarriġ ħareġ li dan is-sit jaqbeż il-portal tas-Super One u anke s-sit online ta’ TVM. Dan apparti li s-survey ipoġġi lil Net Television bħala l-aktar stazzjon popolari f’pajjiżna – kisba storika, fejn għall-ewwel darba l-istazzjon qabeż ukoll lil TVM.
Intant, fl-14 ta’ Diċembru li ġej, il-PN se jkun qed jorganizza maratona ġbir ta’ fondi – fost l-oħrajn biex ikompli jsaħħaħ il-midja tiegħu u l-pjattaformi online.
//= $special ?>

