Lokali

Magħrufa l-finalisti tas-seba’ edizzjoni tal-Festival Kantamagħna

Matul din il-ġimgħa tħabbru l-finalisti tal-festival Kantamagħna. Dan il-festival li huwa organizzat minn DCapitals Big Band isir f’Jannar ta’ kull sena u fih jieħdu sehem tletin kantant: ħmistax-il kantant li għandhom bejn 11 u 15-il sena li jkantaw f’Kantamagħna Junior u ħmistax oħra li għandhom aktar minn 16-il sena jieħdu sehem fil-kategorija tal-kbar. L-edizzjoni li jmiss ta’ dan il-festival ser issir nhar il-Ħadd 18 ta’ Jannar 2026 fil-5.00pm fit-Teatru Astra f’Għawdex.

Il-finalisti ġew magħżula wara fażi ta’ awdizzjonijiet. Dawk li għaddew għall-fażi finali huma:

Kantamagħna Junior:

Aaliyah Grech

Alaiya Cini

Anah Cumbo

Carly Cachia Arpa

Chiara Luisa Magrin

Faith Buttigieg

Ilyas Ige Sultana

Joy Xerri

Julia Mallia

Kaya Gouder Curmi

Maria Curmi

Marie Emeh

Mireille McKay

Natalia Xerri

Zeah Aquilina Cassar

Il-finalisti tal-Festival Kantamagħna (Senior) huma:

Cherylis

Gaia Martina Balzia

Gianluca Abdilla Castillo

Haley

Ishmael Grech

Karina Gilyano

Kylie Micallef

Lon Kirkop

Luana Schembri

Maria Milleri

Maria Ellul

Martina Fenech

Mattea Formosa

Maya Cauchi

Shanice

Fis-serata finali dawn il-kantanti ser ikollhom l-opportunità li jkantaw b’akkumpanjament live minn DCapitals Big Band li tkun taħt id-direzzjoni tad-direttur mużikali tagħha, Mro George Apap.

Dan il-festival jiġi organizzat bis-sapport tad-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.