Meravilja artistika b’iktar minn 13-il binja, 40kg ta’ Icing, u 60kg ta’ sugar paste.
Din hija l-attrazzjoni għall-Milied ta’ din is-sena, frott l-idea tax-Chef Joseph Galea u l-ħidma tat-tim fil-kċina tal-Westin, taħt it-tmexija tal-head chef Daniel Debattista.
Net News tkellem max-Chef Joseph Galea li għal sena oħra kien il-moħħ wara din ix-xena li spjegalna kif hu jiġi ispirat minn diversi fatturi fosthom mis-safar.
U filwaqt li l-idea tkun ilha li bdiet kważi sena, il-ħidma flimkien mat-tim tal-kċina jibda’ f’Settembru fejn din l-idea ta’ Joseph tibda tiħu l-ħajja fejn l-ewwel jibdew bit-tfassil, u jkomplu bħala tim jaħdmu flimkien billi jaqsmu l-ideat tagħhom kif spjega lil Net News Daniel Debattista, l-Head Chef.
Bla dubju ta’ xejn iżjed ma żmien jibda’ jirranka iżjed jibdew jiżdidu s-sigħat ta’ ħidma fejn eventwalment biex kollox jiġi preżentat bl-aħjar mod possibli, Joseph Galea jagħmel mat-13-il siegħa ta’ ħdima biex jagħmel il-figuri kollha, hekk kif dak kollu li joħlom biħ, huwa jdawwar f’arti tal-ħelu.
Din ix-xena tinkludi ħafna dettal anka fil-mod kif jitpoġġa d-dawl, u saħansitra anka mill-elementi tan-natura fosthom l-umdità li għalkemm hija element kommuni ferm fil-Gżejjer Maltin xejn ma jmurr tajjeb mal-ħelu.
Joseph Galea ħejja l-ewwel xena tal-Milied bil-ħelu 18-il sena ilu u din l-arti dejjem ġibdet ammont kbir t’ ammirazzjoni kemm mill-Maltin kif ukoll mit-turisti li jżuru din il-lukanda.
//= $special ?>

