Is-Sibt filgħaxija, Julia Ann Cluett ingħatat merħba mill-isbaħ fl-ajurport internazzjonali ta’ Malta, wara s-suċċess li kisbet fil-konkors prestiġjuż ta’ Miss Universe fit-Tajlandja.
Numru ta’ familji u ħbieb, kif ukoll nies li kienu parti mill-preparazzjonijiet tagħha għal Miss Universe nġabru fl-ajurport ta’ Malta biex jilqgħuha, fost ħafna ċapċip u entużjażmu.
Julia Ann Cluett ġiet ikklassifikata fit-12-il post minn minn fost 120 pajjiż.
Net News tkellem ma’ Julia Ann Cluett ftit wara l-wasla tagħha f’Malta, fejn ddeskriviet l-esperjenza tagħha f’Miss Universe bħala waħda sabiħa u pożittiva, li se tibqa’ magħha għal ħajjitha kollha.
Julia Ann Cluett ukoll wasslet messaġġ ta’ kuraġġ u pożittiva lill-pubbliku, speċjalment liż-żgħaħagħ li jixtiequ jimxu fuq il-passi tagħha.
Barra minn hekk, Julia Ann Cluett tkellmet ukoll dwar il-pjanijiet tagħha għall-futur.
Dan ir-riżultat kien wieħed mill-aqwa li qatt kisbet Malta fil-konkors ta’ Miss Universe fl-aħħar 74 sena minn 120 pajjiż minn madwar il-pajjiż.



