Lokali

Suċċess fil-kampanja tal-crowdfunding

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

“Għadna kemm ilħaqna l-ewwel mira tal-crowdfunding li niedejna ftit tal-ġranet ilu.”

Ħabbar dan permezz ta’ filmat fuq il-midja soċjali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg fejn spjega kif permezz ta’ dawn il-flus, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jinvesti f’podcast – l-ewwel podcast f’partit politiku li se jkompli jsaħħaħ il-messaġġ politiku tal-Partit Nazzjonalista. Dan il-proġett se jkun qiegħed ilaqqgħa l-istejjer tan-nies mal-ideat. Biex ġesti żgħar jinbidlu f’bidliet kbar.

Il-mira oriġinali għal din l-inizjattiva bl-isem TAMA, kienet dik ta’ 15,000 ewro fi 28 jum. Iżda, peró din il-mira ntlaħqet f’temp ta’ erbgħat ijiem BISS, sinjal ċar tat-tama u l-fiduċji li qed juri l-poplu Malti u Għawdxi fil-Partit Nazzjonalista li kapaċi jkun Gvern alternattiv.

F’kitba taħt l-istess filmat, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq l-Partit Nazzjonalista reġa żera l-politika tat-tama – tal-ftit mingħand il-ħafna, ta’ kulħadd,ta’ flimkien.

Alex Borg temm il-messaġġ tiegħu fuq il-medja soċjali billi rringrazzja lil kull min ikkontribwixxa u ta d-donazzjoni tiegħu sabiex il-Partit Nazzjonalista jkun jista’ jkompli jsaħħaħ il-preżenza tiegħu fost il-poplu Malti u Għawdxi kollu, permezz ta’ dan il-podcast.