Lokali

Tliet persuni mistennija jitressqu l-Qorti wara li serqu minn ħanut fil-Gżira

Il-Pulizija arrestat tliet persuni wara li serqu minn ħanut tal-logħob fi Triq D’Argens fil-Gżira.

Din is-serqa seħħet fid-29 ta’ Novembru li għadda, meta investigazzjonijiet mill-Pulizija wasslet biex il-Pulizija tarresta zewġt irġiel, wieħed ta’ 33 sena minn Birzebbuġa u ieħor ta’ 29 sena minn Birkirkara, kif ukoll mara ta’ 42 sena minn Wied il-Għajn.

Huma ħarbu b’ammont ta’ flus kontanti.

Intant, l-impjegata fil-ħanut, mara ta’ 35 sena ma weġġgħetx.

It-tliet persuni mistennija jitressqu l-Qorti s-Sibt għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar quddiem il-Maġistrat Lara Lanfranco.