Internazzjonali

L-Indja: Imutu fost in-nirien f’nigħtclub qrib il-bajja ta’ Goa

Mietu talanqas 25 persuna fost nirien li ħakmu nightclub fir-reġjun ta’ Goa – eks-kolonja Portugiża — bil-pulizija qed tinvestiga l-kawża tal-fjammi qattiela.

L-awtoritajiet, intant, jaħsbu li t-traġedja kienet dovuta għall-isplużjoni ta’ ċilindru tal-gass fil-kċina tal-Birch Nightclub li jinsab fil-lokalità ta’ bajja popolari. Dan waqt li l-istabbiliment kien ippakkjat bin-nies li kienu qed jiddevertu waqt sett mużikali imtella minn DJ famuż ta’ Bollywood.

Fin-nirien mietu erba’ membri ta’ familja waħda u meta l-maġġoranza tal-vittmi kienu identifikati bħala ħaddiema mal-istess stabbiliment. Mifhum li ħafna mill-mejtin mietu fgati mid-dħaħen velenużi, bil-pulizija tarresta lill-manager tan-nightclub waqt li anki ħarġet mandat għall-arrest tal-proprjetarju ta’ dan l-istabbiliment,