Lokali

L-istess kuntratturi li Galdes xtara l-penthouse mingħandhom ingħataw il-proġett tal-housing f’Bormla

Wara li Malita Investments plc kellha twaqqaf ix-xog]ol fuq tliet siti tal-proġett ta’ housing affordabbli fil-Qrendi, Bormla u Ħal Farruġ minħabba nuqqas ta’ fondi u falliment fit-tmexxija, The Shift News żvela kif minkejja li kien inawgurat tender ta’ €4.3 miljun – Malita xeħtet il-barra lil din il-kumpanija biex tat l-investiment lill-kumpanija li s-sidien tagħha huma Joseph Portelli u Mark Agius.

Skont The Shift, illi n-negozjati dwar dan seħħew fl-aħħar tas-sena l-oħra, fl-istess waqt li Roderick Galdes kien qed jixtri d-duplex penthouse mingħand dawn l-istess żviluppaturi għall-prezz ta’ €140,000.

Madanakollu, is-Shift spjega illi mhux ċar jekk il-kumpanija ingħatatx dan l-iżvilupp bħala tender jew inkella direct order.

Is-sit, bgħat numru ta’ mistoqsijiet lil Malita Investments plc illi spjegaw li ma jistgħux iwieġbu dwar dan bl-iskuża illi għaddejin proċeduri b’rabta mal-kuntratt ikanċellat bejn Malita u l-kumpanija Calibre Industries Ltd li inizjalment ingħatat it-tender.

The Shift spjegaw illi l-istorja bdiet lura fl-2020, meta inħarġet tender mill-Malita plc, u kien awgurat lil Calibre Industries sabiex ilestu xogħolijiet fuq 65 appartament, u 115 spazji ta’ parking. Suppost, il-proġett kellu jitlesta fl-2020, iżda kważi sitt snin wara dan il-proġett għadu mhux lest.

Hekk kif laħaq il-Ministru Roderick Galdes, u ħa r-responsabbiltà tal-Housing, il-kumpanija Calibre kienet akkużata li qed iddum, u l-kuntratt ittieħed. Issa, il-kuntratt ingħata lin-negozjanti msemmiha.