Iċ-Champions tal-Italja Napoli kkonfrontaw lil Juventus fid-Diego Armando Maradona Stadium.
Napoli rebħu din il-logħba b’mod konvinċenti bl-iskor finali jkun ta’ 2-1.
Wara seba’ minuti logħob,Napoli fetħu l-iskor tal-logħba permezz tal-attakkant Daniż Rasmus Hojlund minn assist tal-winger Brażiljan David Neres.
L-ewwel taqsima ta’ din il-partita ntemmet bl-iskor ta’ 1-0 għal Napoli.
Fit-tieni taqsima, Juventus irrispondew b’saħħithom meta fil59 minuta l-istilla tat-tim ta’ Juventus Kenan Yildiz ġab id-draw għal Bionconeri minn assist ta’ Weston McKennie.
Intant, Napoli reġgħu marru filvantaġġ fit-78 minuta, meta l-istess attakkant Daniż Rasmus Hojlundskurja doppjeta minn assist ta’ David Neres.
Cremonese kisbu rebħa importanti hekk kif għelbu lil Lecce 2-0 f’partita li kienet deċiża fit-tieni
taqsima. Fi Stadju Giovanni Zini,Cremonese fetħu l-iskor tal-logħba,
wara li ġew mogħtija penalty mirreferee Giuseppe Mucera.
Ir-referree tal-logħba ta penalty lil Cremonese fit-48 minuta logħob tat-tieni taqsima wara li l-midfielder ta’ Lecce Ylber Ramadani għamel fowl fuq il-midfielder ta’ Cremonese Jari Vandepuette.
Il-penalty ġie skorjat minn Federico Bonazzoli fit-53 minuta logħob.
Fit-78 minuta, l-attakkant ta’ Cremonese Antonio Sanabria skurja t-tieni gowl b’xutt preċiż li ta rrebħa lil Cremonese.
Cagliari rnexxielhom jiksbu rebħa bla mistenni meta għelbu lil Roma 1-0 li spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers fil-Unipol Domus,f’Cagliari.
Wara sebgħa minuta logħob tattieni taqsima, ir-referee tal-logħba Luca Zufferli keċċa lid-difensur laterali tar-Roma Zeki Celik, wara li għamel foul fuq Michael Folorunsho quddiem il-kaxxa ta’ Cagliari, bir-referee inizjalment jagħti penalty iżda wara reviżjonital-VAR sab li l-foul seħħ ftit ‘l barra mill-kaxxa.
B’hekk ir-Romanisti spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers.
Il-gowl tal-logħba wasal fit-82 minuta, meta s-sostitut Gianluca Gaetano ixxuttja xutt lejn il-baxx
minn krossta’ corner ta’ Sebastiano Esposito, li bih jegħleb lillgowlkiper tar-Roma Mile Svilar.
Draw ta’ 1-1 bejn Lazio u Bologna fi Stadio Olimpico. Lazio marru fil-vantaġġ fit-38 minuta meta l-winger Daniż Gustav Isaksen fetaħ l-iskor tal-logħba, wara li ta xutt lejn il-baxx.
Bologna ma qatawx qalbhom u zewġ minuti wara ġabu l-gowl taddraw permezz tax-xutt lejn il-baxx
mill-midfielder ċentrali Jens Odgaard.
Fit-78 minuta logħob, ir-referre tal-partita Michael Fabbri keċċa liddifensur tal-Lazio Mario Gila, wara
li l-istess difensur ntwera t-tieni karta safra mir-referee.
Fl-aħħar 12-il minuta, Lazio ukoll spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers, iżda rnexxielhom jirbħu punt minn din il-partita.
Rasmus Hojlund jiskorja doppjetta kontra Juventus


