Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ wara ħabta bejn mutur u karozza fl-Imrieħel

Ftit qabel nofsinhar il-pulizija ssejjħu ħdejn l-MFSA, l-Malta Financial Services Authority fl-Imrieħel, fejn kien hemm ħabta bejn karozza u mutur.

Il-karozza tal-għamla Opel Astra kienet misjuqa minn raġel ta’ 32 sena residenti San Ġwann, filwaqt li l-mutur Honda CBR kien misjuq minn raġel ta’ 29 sena residenti Santa Venera.

Issejjħet ambulanza fil-post u tim mediku li ħadu lis-sewwieq tal-mutur Mater Dei.

Sa issa, għadha mhux magħrufa l-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.