Il-Kumitat Olimpiku Malti organizza l-21 edizzjoni tal-Gala Sports Awards, fejn ġew iċċelebrati l-kisbiet tal- atleti u timijiet li spikkaw fix-xena internazzjonali matul l-istaġuni 2023–2024 u 2024–2025. Wieħed mill-aktar mumenti importanti tas-serata ta’ premjazzjoni kienet l-introduzzjoni ta’ tliet personalitajiet distinti fl-MOC Hall of Fame, li ġew rikonoxxuti għall-kontribut straordinarju tagħhom għall-isport f’Malta u għall-mod kif ħaddnu l-valuri Olimpici ta’ eċċellenza, rispett, ħbiberija u sportività.
Dawn kienu Charles Camenzuli – ġurnalist tal-isport li l-karriera tiegħu fi 52 sena kien kruċjali fid-dokumentazzjoni tal-vjaġġ sportiv u Olimpiku ta’ Malta u eks direttur tal-KOM għal aktar minn 20 sena. Jean-Paul Fleri Soler atleta Olimpiku fi tlett edizzjonijiet tal-Olimpijadi u wieħed mill-persuni ewlenin fl-iżvilupp u s-suċċess tal-ibburdjar f’Malta. L-aħħar personalita kien il-mibki Patrick Pace li kien pijunier fl-introduzzjoni u t-tkattir tal-baseball f’Malta, li b’dedikazzjoni u viżjoni wassal biex dan l-isport jikber u jissaħħaħ. Il-premjijiet lil atleti ingħataw lil dawk li wrew eċċellenza f’ kompetizzjonijiet internazzjonali ewlenin li ġew organizzati taħt l-awspiċji ta’ Federazzjonijiet Internazzjonali rikonoxxuti jew korpi sportivi internazzjonali ta’ reputazzjoni. Il-kriterji u l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà evalwaw il-livell tal-kompetizzjoni, in-numru ta’ parteċipanti u r-riżultati miksuba.
Fost il-kompetizzjonijiet ikkunsidrati, il-KOM analizza r-riżultati miksuba fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, European Youth Olympic Festival, Commonwealth Youth Games, Youth Olympic Games, University Games , Kampjonati Ewropej u Dinjija, Kampjonati Mediterranji u tal-Commonwealth, kif ukoll l-Logħob Olimpiku. Dawn il-premjijiet jagħtu rikonoxximent lill-wisa’ tal-progress sportiv Malti, u jonoraw kemm lill-atleti stabbiliti kif ukoll lit-talent żagħżugħ li qed ikompli jgħolli l-profil ta’ Malta fuq livell internazzjonali.
Is-Serata kienet indirizzata minn Julian Pace Bonello, President tal-Kumitat Olimpiku Malti u mic-Chairperson tal-21 edizzjoni tal-MOC Gala Sports Awards Maria Vella Galea. Prezenti wkoll Robert Cutajar f’isem il-partit Nazzjonalista.
Lista tal-Premjijiet
GSSE Special Awards
GSSE Bronze
Atletika
Mireya Bugeja, Ian Paul Grech, Luke Micallef.
Ċiklizmu – Tim tal-Irġiel – Daniel Bonello, Aidan Buttigieg, John Camilleri, Bernard Galea, Andrea Mifsud, Jacob Schembri.
Karate: Heorhii Denysov, Halil Ibrahim Koska.
Rugby 7s: Tim Irġiel.
Sparar: Gianluca Chetcuti.
Tennis: Alex Degabriele.
GSSE Silver
Atletika: Claire Azzopardi, Luke Bezzina, Isaac Bonnici, Nick Bonett, Alessia Cristina, Jemima Farley, Matthew Galea Soler, Beppe Grillo, Jared Micallef, Thea Parnis Coleiro, Rebecca Sare, Martha Spiteri, Janet Richard, Kurt Zahra.
Timijiet Relays:
• 4x100m Nisa – Claire Azzopardi, Thea Parnis Coleiro, Janet Richard, Alessia Cristina.
• 4x400m Mixed – Martha Spiteri, Janet Richard, Jared Micallef, Isaac Bonnici.
• 4x400m Irġiel – Isaac Bonnici, Nick Bonett, Matthew Galea Soler, Jared Micallef.
• 4x100m Irġiel – Luke Bezzina, Kurt Zahra, Matthew Galea Soler, Beppe Grillo.
Basketball 3×3: Stephanie Demartino, Danica Galea, Kristy Galea, Amber Melgoza.
Għawm
4x100m Medley (Nisa) – Victoria Balderacchi, Zoe Cawsey, Nirvana Micallef, Michela Portelli.
Għawm Artistiku: Zea Montfort.
Table Tennis: Tim tan-Nisa – Maria Iacob, Victoria Lucenkova, Renata Stribkova.
Tennis: Matthew Asciak, Francesca Curmi, Elaine Genovese.
GSSE Gold
Atletika: Beppe Grillo, Gina McNamara.
Ġinnastika Artistika: Sophie St John, Team Malta (Philippa Busuttil, Lyana Curmi Inguanez, Julia Galea, Janet Galea).
Għawm: Sasha Gatt.
Għawm Artistiku
Ana Culic, Thea Grima Buttigieg.
Karate: Luke Galea, Jessica Vella.
Table Tennis: Tim tal-Irġiel: Daniel Bajada, Dimitrij Prokopcov, Felix Wetzel.
Tim tan-Nisa: Maria-Carmela Iacob, Renata Stribkova.
Accomplishment Award
Atletika:
Gina McNamara, Jared Micallef.
Badminton: Matthew Abela, Sam Cassar.
Billiards u Snooker: Brian Cini.
Ibburdjar: Victoria Schultheis.
Karate: Thyis Antonelli. Lawn Bowls: Connie Rixon, Rebecca Rixon.
Squash: Colette Sultana, Julian Scerri, Matthea Saliba.
Table Football: Bormla Subbuteo Club, Samuel Bartolo.
Special Award
Atletika: Kayleigh Ellul, Matthew Galea Soler, Matteo Gauci, Claire McNamara, Thea Parnis Coleiro, Rachela Pace, U15 Relay Team (Carey Spiteri, Kayla Slack, Leah Frendo, Kristina Azzopardi).
Badminton: Sam Cassar.
Billiards u Snooker: Brian Cini.
Bodybuilding & Fitness: Keith Agius, Liliana Albinskaya, Chloe Cooper.
Ibburdjar: Victoria Schultheis.
Futball: Hamrun Spartans.
Ġinnastika Artistika: Sophie St John.
Pool: Matthias Debono, Steve Muscat, Junior National Team.
Rugby 7s: Team Malta.
Squash: Jocelyn Lydall, Mattea Saliba, Julian Scerri.
Table Football: Samuel Bartolo, Bormla Subbuteo Club, Valletta Subbuteo Club.
Weightlifting: Rylee Borg, Kim Camilleri Lagana, Anton Micallef, Nathan Mifsud. Team Malta (Tenisha Thornton, Roberta Tabone, Rylee Borg, Kim Camilleri Lagana, Nathan Mifsud).
Bronze Award
Badminton: Matthew Abela.
Billiards u Snooker: Aaron Busuttil, Chris Peplow.
Bowling: Travis Barbara, Tiziana Carannante, Tomas Caruso, Cynthia Frendo Duca, Kayden Lagana, Nicolai Mallia, Nicholas Muscat.
Ibburdjar: Katrina Micallef
Lawn Bowls: Connie Rixon, Rebecca Rixon.
Ġinnastika Artistika: Philippa Busuttil.
Karate: Thyis Antonelli.
Pool: Team Malta (Irġiel), Steve Muscat.
Triathlon: Kai Azzopardi, Ryan Muscat.
Weightlifting: Nathan Mifsud, Tenisha Thornton.
Silver Award
Bowling: Sue Abela, Mauro Anastasi, Cynthia Frendo Duca, Kayden Lagana, Nicholas Muscat.
Lawn Bowls: Connie Rixon, Rebecca Rixon.
Pool: Team Malta (Irġiel), Under-18 Team.
Gold Award
Billiards u Snooker: Brian Cini.
Ibburdjar: Team Boost Stella Maris – (Gabriella Mifsud, Anna Basalkina, Mattea Ciantar, Emilie Gregory), Victoria Schultheis.


