L-attivita ‘Dawl fis-Skiet’ se tkun qed issir fl-10 ta’ Diċembru fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista. Dan għaliex ħadd ma għandu jgħix dawn iż-żmien ta’ festi waħdu.
Kien dan l-appell li waslet Sarah Bajada fuq il-media soċjali tagħha hekk kif stqarret li f’dawn iż-żminijiet ta’ festi hemm minn iħoss solitudni kbira. L-istess bħal ma ħasset hi meta saret omm u esperjenzat responsabbiltajiet ġodda.
U huwa propju għalhekk li Sarah qed torganizza din l-attivita fid-Dar Ċentrali li se tinkludi panel li se jaqsam rakkonti u esperjenzi. U l-udjenza wkoll tista’ taqsam xi storja ma’ dawk kollha preżenti.
Din l-attivita se tkun qed issir b’risq Caritas Malta u kulħadd huwa mistieden jattendi.
Dan l-avveniment speċjali organizzat minn Sarah Bajada huwa parti mill-attivitajiet ta’ żmien il-Millied li qed isiru fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, u li jilħqu l-qofol tagħhom bil-Maratona Ġbir ta’ Fondi ta’ nhar il-Ħadd 14 ta’ Diċembru.
Dan filwaqt li t-Tnejn 15 ta’ Dicembru fil-mitt jum tal-Kap tal-PN Alex Bog se ssir attivita tal-massa filghaxija quddiem id-Dar Centrali.
//= $special ?>

