Internazzjonali

Eluf jevakwaw il-fruntiera bejn it-Tajlanda u l-Kambodja wara attakki mill-ajru

RITRATT: BBC

Eluf ta’ persuni kellhom jevakwaw il-fruntiera bejn it-Tajlandja u l-Kambodja wara attakki qattiela mill-ajru.

Il-Kambodja qed tallega li kienu t-Tajlandiżi l-Ħadd waranofsinhar li fetħu l-ewwel attakk, li wassal anke għal attakk ieħor kmieni dalgħodu. Skont il-Ministeru tad-Difiża tal-Kambodja jidher illi t-Tajlandiżi użaw it-tankijiet ta’ gass tossiku sabiex jattakkaw lil forzi tal-Kambodja u anke ċivili.

Minn naħa tagħhom, it-Tajlandiżi iddikjaraw li kienet il-Kambodja li attakkat l-ewwel u għalhekk huma bdew ritaljazzjoni.

Madanakollu, l-UNICEF, appellat sabiex il-benesseri tat-tfal ikun prijorità u li qed tosserva l-iżviluppi mill-viċin ħafna.