Is-Super One kompla bl-attakk bla rażan fuq l-Awtorità tax-Xandir wara l-aħħar survey li ħareġ dwar l-udjenzi lokali.
Fi storja fil-portal tagħhom, tas-Super One pruvaw jinkonvinċu lis-segwaċi tagħhom li huma għandhom l-aqwa udjenzi – dan billi kkwota spjegazzjoni tac-Chairperson tal-istazzjon Silvio Scerri. Biex b’hekk, is-Super One spiċċa jikkwota lis-Super One stess.
Skont il-midja Laburista, f’dinja fejn it-teknoloġija qed tevolvi, il-kejl tal-udjenzi mill-Awtorità tax-Xandir għadu lura. Bis-Super One, jgħid li dan innotah Silvio Scerri, ic-Chairmain tas-Super One.
Silvio Scerri, kompla bl-attakk bla rażan fuq l-Awtorità tax-Xandir wara li dan is-survey ma ħariġx favur l-istazzjon Laburista. Bil-media ta’ Robert Abela spiċċat tivvinta kull skuża.
Iżda internament, l-istorja hija differenti. U lil hinn minn dawn l-artikli, hemm ħafna li fl-aħħar jumejn ġibdu l-attenzjoni għall-fatt li l-media laburista saret super-partiġġjana. Tant li tilfu ħafna mill-udjenza li kienet issegwihom.
Quddiem din ir-realtà, is-Super One inħakem minn paniku estrem – speċjalment wara li l-Awtorità tax-Xandir ippubblikat dan ir-riżultat li kkonfermat li Net Television huwa l-aktar stazzjon segwit f’pajjiżna; aktar mis-Super One u anke minn TVM.
Fil-pront, il-media Laburista bdiet tippubblika posters, u stejjer fuq stejjer li l-Awtorità tax-Xandir ma għandiex kalkoli korretti. U li r-riżultati korretti huma dawk li ppubblikaw huma permezz tal-portal tagħhom.
Din l-ispin urtat numru kbir ta’ persuni illi ddikjaraw li huwa surreali mmens kif – għaliex ir-riżultati ma ġewx favurihom – giddbu r-riżultat tal-Awtorità tax-Xandir. Dan filwaqt li oħrajn ikkumentawlhom il-qawl Malti, illi jgħid li min ma jilħaqx l-għeneb, jgħid li hu qares.
Intant, l-aħħar survey ipoġġi mhux biss lil Net Television bħala l-aktar stazzjon popolari f’pajjiżna – iżda anke Net News huwa iktar popolari mill-aħbarijiet tal-One. Dan apparti li s-sit NetNews.com.mt jaqbeż kemm il-portal tal-One kif ukoll il-website ta’ TVM.
L-aktar tliet programmi segwiti mill-istazzjonijiet kollha tat-televiżjoni kienu ‘Opinjoni’, ‘Qabża’ u ‘Perspettivi’.
Il-programm ‘Qabża’ kien l-aktar programm li ġibed udjenzi minn fost il-programmi ta’ divertiment.
‘Perspettivi’ qabeż il-programmi kollha ta’ ġrajjiet kurrenti, filwaqt li ‘Opinjoni’ baqa’ l-aktar programm ta’ diskussjoni popolari f’pajjiżna.
Fl-istess waqt, Net FM saħħaħ postu bħala t-tieni l-aktar stazzjon segwit – qabel l-istazzjonijiet tal-PBS.
//= $special ?>

