Lokali

Ħinijiet ta’ stennija twal fid-Dipartiment tal-Emerġenza tat-Tfal

Il-ħinijiet ta’ stennija fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei għadhom twal, u minkejja li l-infermiera u t-tobba u l-kumplament tal-istaff jagħmel l-għalmu tiegħu sabiex jaqdi lill-pazjenti kemm jista’ jkun malajr, Mater Dei mhux qed ilaħħaq.

Kienet omm imbikkma, li permezz ta’ post fuq facebook spjegat kif kienu 4am ta’ filgħodu meta ċemplet ambulanza minħabba li binha kien jixwi bid-deni u anke muġugħ sew f’ġismu kollu. Filwaqt li kienet qed tistenna fid-Dipartiment tal-Emerġenza, it-tobba tal-Emerġenza tat-Tfal spjegawlha li se jkollha tistenna f’kamra oħra għaliex attwalment ma kienx hemm post fejn jitpoġġa t-tifel.

Fis-6am, l-omm kienet infurmata illi t-tobba kienu għadhom qed jaraw pazjenti li daħlu l-emerġenza fil-11 ta’ billejl tal-ġurnata ta’ qabel – cioè – 7 sigħat ta’ stennija.

Minħabba li t-tifel kellu bżonn il-mediċina tad-dijabete, din l-omm kellha tmur lura id-dar fis-6:30am, u tkompli tieħu ħsieb lil binha hi.