Il-Pulizija f’Oslo irnexxielhom jikkontrollaw sitwazzjoni perikoluża rari wara li raġel fetaħ in-nar f’ċentru kummerċjali popolari fil-qalba tal-kapitali Norveġiża.
Dawn it-tipi ta’ inċidenti huma pjuttost rari f’dan il-pajjiż Skandinav u b’xorti tajba ma weġġa’ ħadd fl-isparatura.
Ir-raġel responsabbli, li għandu 19-il sena, inżamm taħt arrest mill-pulizija li wieġbu minnufih għall-emerġenza. Huma, wara, iddikjaraw li l-kumpless seta’ jiftaħ mill-ġdid għall-pubbliku.
Iċ-ċentru inkwistjoni bl-isem Storo Storsenter fil-preżent qed ikun ippakkjat bil-familji li qegħdin jagħmlu x-xirja tal-Milied u l-awtoritajiet, fl-aħħar sigħat, qalu li r-raġel armat kien qed jaġixxi waħdu.
Ingħad ukoll li r-raġel, meta nqabad, kellu fuqu senter, sikkina u baseball bat u meta hu kien spara t-tiri lejn is-saqaf tal-bini. Hemm ukoll il-possibbiltà li r-raġel ried biss ‘ibeżża’ lin-nies u li ma kellu l-ebda intenzjoni biex iferi jew joqtol lil xi ħadd…L-investigazzjonijiet qed ikomplu.
//= $special ?>

