Festi Knisja Lokali

Malta tiċċelebra l-festa tal-Kunċizzjoni

Illum it-8 ta’ Diċembru huwa l-jum li fih il-Knisja Kattolika madwar id-dinja tiċċelebra l-festa tal-Madonna mnissla mingħajr ebda dnub – l-Immakulata Kunċizzjoni.

Din il-festa ilha snin twal popolari anke f’pajjiżna, u għadha sal-lum festa pubblika.

F’Bormla, il-Knisja Kolleġġjata tal-Immakulata Kunċizzjoni tiċċelebra b’mod mill-aktar solenni l-festa titulari tal-Immakulata Kunċizzjoni – festa li tibqa’ f’qalb il-Bormliżi kollha, u timbru tax-xahar ta’ Diċembru.

Il-Kunċizzjoni hija waħda mill-aktar festi Marjani li tiġbed devozzjoni anke f’diversi parroċċi oħrajn, u lokalitajit bħar-Rabat Għawdex. U kien propju fit-8 ta’ Diċembru tal-1854 meta l-Papa Piju IX iddefinixxa d-Domma tal-Immakulata.