Futbol Sport

Mġarr United jirbħu l-Women’s Jubilee Cup

(Ritratt: Mġarr United)

HIBERNIANS…………..2

MĠARR UNITED……….3

Mġarr United rebħu l-finali tal-Malta FA Jubilee Cup tan-Nisa meta għelbu lil Hibernians, b’żewġ goals fl-aħħar ħinijiet.

Mġarr fetħu l-iskor mad-39 minuta, minn azzjoni Carella lejn Valeria Villegas li bir-ras għelbet lil Maya Cachia.

Mal-bidu tat-tieni taqsima, Nicole Sciberras għamlet l-iskor indaqs b’xutt minn barra l-kaxxa u għelbet lil Patricia Ebejer. Fis-86 minuta, Kayleigh Chetcuti poġġiet lil Hibernians fil-vantaġġ b’xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa minn azzjoni ta’ Vella Barberi.

Hibernians ma damux igawdu l-vantaġġ għax żewġ minuti wara, Alejandra Villegas żmarkata b’xutt fil-baxx għelbet lil Maya Cachia.

Fit-tielet minuta ta’ħin miżjud minn pass ta’ Alejandra Villegas kienet Valeria Villegas li avvanzat fil-kaxxa u b’xutt fil-baxx għamlet l-iskor 3 – 2 sabiex rebħu l-finali tal-MFA Jubilee Cup tan-nisa. Referee: Jo-Anna Vassallo