Futbol Sport

Milan b’rimonta kontra Torino

Fis-Serie A Milan dawru telfa f’rebħa barra minn darhom għand Torino meta għelbuhom bl-iskor ta’ 3-2. Torino marru żewġ gowls vantaġġ fl-ewwel għoxrin minuta meta kien Nikola Vlasic li poġġihom fil-vantaġġ mill-ħdax-il metru b’Duvan Zapata jirdoppja seba’ minuti wara. Fl-24 minuta Adrian Rabiot naqqas id-distakk għal 2-1, bi Christian Pulisic jikseb id-draw fis-67 minuta. Biex fis-77 minuta reġa’ kien l-istess Pulisic li skorja l-gowl tar-rebħa.

Riżultati: Pisa v Parma 0-1, Udinese v Genoa 1-2, Torino v Milan 2-3