F’Molineux Stadium Manchester United kisbu rebħa komda fuq it-tim tal-aħħar tal-klassifika Wolves bl-iskor ta’ 4-1. B’din ir-rebħa Manchester United telgħu fis-sitt post tal-klassifika b’25 punt. Kien Bruno Fernandes li poġġa lir-Red Devils fil-vantaġġ ara 25 minuta qabel kien Jen Ricner Bellegarde li kiseb id-draw qabel tmiem l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima, fil-51 minuta Bryan Mbeumo reġa’ poġġa lil Man Utd fil-vantaġġ qabel kien Mason Mount li kompla jkabbar il-vantaġġ fit-62 minuta. Fit-82 minuta mill-ħdax-il metru reġa’ kien Bruno Fernandes li għamel l-iskor 4-1.
//= $special ?>Rebħa komda għal Manchester United fuq Wolves


