Futbol Sport

Valletta jirbħu l-Jubilee Cup kontra Sliema Wanderers

Il-partitarji Beltin jagħtu s-sapport lit-tim tagħhom waqt il-finali (Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo)

Neil Camenzuli

SLIEMA WANDERERS……….1

VALLETTA…………………………3

Sliema W: A.Rashed, J.Borg, N.Frendo (J.Gomes Junior 59′), A.Magri Overend, V.Plut (K.Nwoko 59′), M.Beerman, R.Prsa, M.Bah, H.Freire, S.Pisani (L.Montebello 78′), M.Baggio

Valletta: A.dos Santos, S.Borg, Z.Cassar, A.Zammit (K.Ewurum 86′), B.Paiber (R.Muscat 90′), J.Azzopardi, Y.Yankam, K.Brewer JR, E.Mbende, Y.Messias (J.Mendoza 90′), S.Radic

Referee: Ishmael Barbara

Imwissija: N.Frendo 16’, M.Baggio 79′ (S), J.Azzopardi 29’, S.Borg 70′ (V)

Skorjaw: Y.Messias 30’, 77′, B.Paiber 83′(V) J.Fernando 86′ (S)

Finali magħluqa għall-aħħar, bl-andament tal-partita jkun pjuttost bilanċjata, madankollu kienu Valletta li rnexxielhom ikunu ħarira aħjar biex kitbu l-istorja u rebħu din it-Tazza storika li saret għall-125 sena anniversarju tal-Malta Football Association. Żewġ gowls ta’ Yuri Messias u freekick mill-isbaħ ta’ Paiber jagħu l-Jubilee Cup lil Valletta.

Sliema jkunu l-iktar aggressivi fl-ewwel għaxar minuti permezz tax-xutt mill-bogħod ta’ Steve Pisani wara 7 minuti logħob.

Sliema jerġgħu jittantaw mill-bogħod din id-darba bix-xutt ta’ Roko Prsa wara 12-il minuta logħob.

L-iktar azzjoni perikoluża tasal wara 18-il minuta logħob minn azzjoni tajba ta’ Andrea Zammit li daħal b’ġirja fil-kaxxa u xxuttja fil-baxx, bil-goalkeeper Rasheed Al Tumi jsalva t-tentattiv tajjeb ħafna.

Żewġ minuti wara l-Beltin jerġgħu jkollhom azzjoni tajba din id-darba mill-istilla Brażljan Yuri Messias li jaqbeż żewġ plejers f’nofs il-grawnd u jibqa’ javvanza ma’ tarf il-kaxxa u eventwalment jittanta xortih bil-konklużjoni tgħaddi għolja wisq.

Valletta jmorru fil-vantaġġ wara preċiżament nofsiegħa logħob minn bravura oħra ta’ Yuri Messias li jaqbeż lil Jean Borg u lil Murillo fit-tarf tal-kaxxa u jikkonkludi fil-baxx għall-ewwel gowl tal-partita.

Sliema jiġu mċaħħda minn possibilta’ li jiskorjaw il-gowl tad-draw fil-35 minuta meta Roko Prsa jitwaqqa’ fil-kaxxa mid-difensuri ta’ Valletta. Il-kowċ ta’ Sliema Wanderers jitlob għall-VFS, bir-referee Ishmael Barbara jara l-filmat lura u jikkonkludi li mhuwiex penalty.

 L-ewwel taqsima tintemm 1-0 għall-Beltin.

Valletta joħorġu perikolużi fit-tieni taqsima hekk kif fil-55 minuta Andrea Zammit jaħrab mix-xellugg u jilagħab kross fil-baxx lejn l-iskorer tal-partita Yuri Messias li mill-viċin jixħet barra.

Roko Prsa jipprova xortih minn barra l-kaxxa b’xutt tajjeb ħafna fil-baxx li jagħti d-diffikulta’ lill-goalkeeper dos Santos, pero l-Brażiljan isalva tajjeb ħafna.

L-isforzi tas-Slimiżi jkunu kollha għalxejn għax Valletta jirdoppjaw fis-77 minuta minn penalty mogħti tajjeb ħafna ta’ Yuri Messias. Il-penalty ġie mogħti minkejja li l-kowċ ta’ Sliema, Paul Zammit għajjat għat-tien VFS tiegħu.

Valletta jkabbru l-iskor b’freekick mill-isnaħ mill-captain Brandon Paiber li mid-distanza sab ir-rokna ta’ fuq tax-xellug bi preċiżjoni.

Sliema rnexielhom inaqqsu d-distakk b’gowl ta’ Fernando lejn it-tmiem pero jkun tard wisq għar-rimonta.