Internazzjonali

Dalgħodu, Zelensky se jiltaqa’ mal-Papa Ljun

Il-President Zelensky wasal Ruma għal laqgħat importanti mal-Prim Ministru Taljan Giorgia Meloni.

Dan hekk kif qed ikomplu l-impenji tal-Ukrajna biex jitfassal Pjan għall-Paċi.

Volodomyr Zelensky, dalgħodu, kellu laqgħa mal-Papa Ljun. U wara nofsinhar, se jiltaqa’ ma’ Meloni…fejn l-Italja mistennija ittenni l-appoġġ tagħha lejn il-Gvern ta’ Kiev.

Ilbieraħ, Zelensky iltaqa’ mas-Segretarju Ġenerali tan-NATO Mark Rutte. Dan apparti laqgħat li kellu mal-President tal-Kunsill Ewropew Antonio Costa u l-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen.