Lokali

Ikomplu l-laqgħat ta’ konsultazzjoni minn Alex Borg

Ritratt ta' Martin Agius

“Huwa ta’ importanza kbira li nuru rispett lejn nies fis-servizz bħalma huma l-Pulizija … anke wara li jirtiraw.”

Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg, f’laqgħa li kellu mal-Assoċjazzjoni tal-uffiċjali tal-pulizija rtirati, – Assoċjazzjoni li tintervjeni għal madwar 600 sa 700 mitt membru li huma irtirati u li mhumiex pensjonanti.

Matul din il-laqgħa, li saret fid-Dar Ċentrali tal-PN, l-Assoċjazzjoni tenniet li l-prijorità tagħhom, hija l-benesseri tal-membri tagħha.

Hawnhekk elenkat l-kwistjonijiet ta’ well-being u anke problemi tekniċi individwali ma’ entitajiet tal-Gvern.

Huma esprimew sens ta’ uġigħ ta’ qalb minħabba l-kwistjoni tal-1979 meta l-uffiċjali kienu jgawdu mill-pensjoni iżda mbagħad twaqqfet.

L-Assoċjazzjoni fakkret li hi tagħmel attivitajiet soċjali u li għadha f’kuntatt mal-Korp u hemm kumitat ad hoc fejn darba fix-xahar il-Kummissarju jsejjaħ lil Assoċjazzjoni tal-Pulizija sabiex flimkien jiddiskutu ċerti aspetti – li għalkemm huma tal-Korp jistgħu jolqtu lil dawk il-membri li fil-futur se jirtiraw.

Matul din il-laqgħa mal-Assoċjazzjoni tal-uffiċjali tal-pulizija rtirati, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg kien akkumpanjat mix-Shadow Minister għall-Affarijiet Interni u s-Sigurtà, Darren Carabott.