Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola inawgurat presepju Għawdxi fiċ-ċentru tal-Parlament Ewropew. Il-Presepju ġie mogħti lill-Parlament Ewropew mill-Għaqda Presepisti Għimmanu-El minn Għajnsielem biex l-arti Maltija jkollha preżenza permanenti fil-qalba tal-istituzzjoni Ewropea f’dan iż-żmien tas-sena.
Il-President Metsola qalet li l-Presepju Għawdxi din is-sena tpoġġa fl-aktar parti prominenti tal-Parlament Ewropew biex dan jitgawda minn mijiet ta’ persuni li jżuru din l-istituzzjoni matul dan ix-xahar.
Fil-preżenza ta’ numru ta’ Maltin u Għawdxin li kienu fi Brussell f’dawn il-ġranet, il-President u MEP tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola rringrazzjat lill-Għaqda Presepisti Għimmanu-El minn Għajnsielem u l-President tal-istess għaqda Paul Stellini għall-impenn biex dan il-presepju jsib postu fil-kollezzjoni tal-Parlament Ewropew.
Il-presepju se jibqa’ espost fiċ-ċentru tal-Parlament Ewropew sal-ewwel ġranet ta’ Jannar, waqt li imbagħad se jibqa’ b’mod permanenti fil-binja tal-Parlament Ewropew.
//= $special ?>

