Colin Schembri
The Plaza Depiro 92
Hibernians 112
(22-34)(24-28)(26-23)(20-27)
Hibernians fetħu r-raba’ ġurnata tal-kampjonat meta għelbu lil The Plaza Depiro 112–92 f’logħba fejn kisbu vantaġġ mit-tieni sessjoni u żammewh sa tmiem il-partita. Hibs kellhom shooting eċċellenti (61.8% mill-field u 45.8% mit-three point line), flimkien ma’ 32 punt mill-fast breaks u 27 mill-bank li tawhom kontroll ċar tal-partita. Minkejja r-reazzjonijiet ta’ Depiro fi ftit fażijiet, li kellhom 26 punt minn turnovers, il-vantaġġ ta’ Hibs baqa’ dejjem sigur sal-finali. Depiro, minbarra l-Amerikan Turner kienu wkoll mingħajr Milovan Gribacic u Matthew Gouder għadu nieqes għal Pawlisti. Depiro marru fuq quddiem fl-ewwel minuti wara punti minn Trevon Reddish u trippla ta’ Cameron Cornelius. Ir-risposta ta’ Hibs ġiet minn Deonte Jackson li beda bi trippla u komplew Piotr Stelmach u Ayo Ajiboye. Cornelius għamel trippla oħra però Hibs għalqu l-perjodu bi break ta’ 11-2 għal skor ta’ 22-34. Fit-tieni sessjoni, reġa’ kien hemm bidu tajjeb minn Depiro fosthom trippli minn Luca Stefanovic u Nikola Bozovic biex naqqsu d-distakk 33-42. It-trippli komplew ġejjin b’mod regolari fuq iż-żewġ naħat minn Reddish u Cornelius għal Depiro u Elijah Simmons u Ivan Demcesen għal Hibs. Demcesen u Stelmach kisbu l-aħħar punti ta’ Hibernians u għalkemm bejniethom Depiro kellhom trippla minn Sean Galea, Hibs daħlu jistrieħu 62-42 minn fuq.
It-tielet taqsima kellha bidu pjuttost kajman bill-punti jiġu bil-mod qabel ma Depiro għaqqdu run ta’ 6-0. Hibs ukoll wieġbu bi tmien punti mingħajr risposta u reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 19-il punt 80-61. Depiro għaqlu s-sessjoni bi break ta’ 11-2 bi trippla ta’ Cornelius għal skor ta’ 72-85. Fl-aħħar sessjoni Hibs bdew bi break ta’ 10-2 b’punti minn Jackson u Neil Cassar. Wara li Depiro kellhom trippla oħra minn Galea, Hibs għaqqdu l-mitt punt b’basket ta’ Ajiboye u komplew bi tlett trippli konsekuttivi minn Simic u Simmons biex rebħu l-partita 112-92.
The Plaza Depiro: S. Galea 7, T. Reddish 31, J. Micallef, N. Zivkovic, L. Stefanovic 3, JP Schembri, A. Trapani 3, S. Kenely, C. Cornelius 34, N. Bozovic 14.
Hibernians: N. Cassar 6, E. Simmons 19, A. Ajiboye 16, L. Attard, P. Stelmach 10, V. Kustudija, D. Jackson 31, M. Attard 2, T. Gjurovski, I. Demcesen 22, S. Simic 6.
Referees: Gordon Barbara, Miguel De Flavia, Wendell Lim
Starlites Revive 123
Athleta AtoZ 69
(27-17)(29-22)(34-11)(33-19)
Ġimgħa qabel jiltaqħu f’konfront dirett għall-ewwel post, Starlites Revive wieġbu għar-rebħa ta’ Hibernians aktar qabel b’rebħa fuq Athleta AtoZ bl-iskor ta’ 123-69. Il-qawwa tat-team ta’ Paul Ferrante tinsab ukoll fuq il-bank hekk kif il-players li ma kienux fl-ewwel ħamsa kisbu total ta’ 48 punt. Huma kellhom lil Jackson Threadgill f’ġurnata ta’ grazzja hekk kif għamel 10 three pointers minn 15-il tentattiv hekk kif Starlites għamlu 24 trippla. Starlites irkupraw lill Ian Felice Pace fil-waqt li Athleta kienu mingħajr Marcus Duffy, Saba Ebelashvili u Ivan Medved. Dawn l-injuries għamluha aktar diffiċli għaż-żgħażagħ ta’ Sandro Farrugia biex iżommu l-pass. Starlites fetħu l-partita bi trippli ta’ Ian Felice Pace u Jackson Threadgill bl-Athleta jirrispondu permezz ta’ Robert Vitale u Wesley Jordan li wkoll għamel trippla. Starlites komplew iżidu l-punti minn diversi players fosthom Alec Felice Pace u Travis Fee u minkejja li Athleta kellhom risposta minn Krusimir Fabri u Jordan, fi tmiem l-ewwel sessjoni kien hemm distakk ta’ 10 punti favur Starlites 27-17. It-tieni taqsima wkoll kien fijha sensiela ta’ trippli minn Starlites li għamlu sitta b’kollox fosthom 3 fl-ewwel ħinijiet f’run ta’ 9-2. Athleta wieġbu bl-ewwel punti ta’ Duane Goodman flimkien ma’ Juan Cefai u Luca Borg però thee pointers minn Kai Fabri u Threadgill għalqu l-perjodu favur Starlites fuq skor ta’ 56-39.
It-tielet perjodu fetaħ b’basket fuq kull naħa segwiti minn break ta’ 10-0 minn Starlites. Athleta wieġbu permezz ta’ Fabri u Bonett però Starlites għalqu t-taqsima b’run ta’ 17-3 fejn Miguel Fabri, Threadgill u Scerri kollha kellhom it-trippli għal skor ta’ 90-50. L-aħħar perjodu fetaħ bi 8 punti mingħajr risposta minn Starlites li għaqqdu l-mitt punt b’basket ta’ Musa Jallow. Minkejja dan, Starlites komplew jagħfsu biex ikabbru l-punteġġ u għalqu l-partita b’run ta’ 14-4 hekk kif ħarġu rebbieħa 123-69.
Starlites Revive: A. Felice Pace 16, K. Fabri 3, T. Fee 19, A. Aquilina, G. Camilleri 2,I. Felice Pace 3, M. Fabri 17, Z. Said Hollier, M. Scerri 8, J. Iturmendi 7, J. Threadgill 40, M. Jallow 8.
Athleta AtoZ: K. Fabri 9, R. Vitale 6, I. Bonnett 5, D. Goodman 8, M. Spiteri 12, L. Borg 6, W. Jordan 13, J. Cefai 10.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Nelson Da Silva, Leonardo Silvero
Luxol Sherries Estates 100
Valletta Dream 83
(21-14)(30-33)(15-22)(34-14)
Luxol Sherries Estates kisbu rebħa importanti kontra Valletta Dream b’wirja stupenda fir-raba’ taqsima. Sa’ dak il-ħin, Valletta kienu 69-66 minn fuq però fl-aħħar taqsima, Luxol immexxija minn Nathan Xuereb ħasdu għal kollox lill-avversarji u rebħu t-taqsima b’distakk ta’ 20 punt biex rebħu l-partita 100-83. Għal Valletta kien il-wirja solita tal-Amerikan Eugene Campbell bi 38 punt u 30 punt bejn Kieron Caruana u Tyler Murray. Iż-żewġ timijiet kienu kważi f’parita mill-punti mill-fast breaks (27 kontra 29) fil-waqt li l-players li daħlu minn fuq il-bank ta’ Luxol ikkontribew bi 30 punt kontra it-8 ta’ Valletta. Luxol kienu mingħajr Connor James fil-waqt li Valletta kienu mingħajr Ferdinand Lisondra. Fl-ewwel minuti tal-partita, kien hemm botta u risposta hekk kif iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin fosthom bi trippla fuq kull naħa minn Jayden Johnson u Eugene Campbell. Luxol għamlu run ta’ 10-2 bi three pointers ta’ Miguel Brincat u Dominic Tomasi qabel ma Valletta għalqu s-sessjoni bi trippla ta’ Kieron Caruna għal skor ta’ 21-14. Fit-tieni perjodu, Luxol bdew b’ħames punti mingħajr risposta kollha minn Johnson. Hawn Valletta kellhom mument tajjeb speċjalment Caruana li għamel disa’ punti mingħajr risposta. Luxol irkupraw bil-punti ta’ Burke Smith u trippla ta’ Adam Azzopardi però Valletta għamlu l-iskor indaqs fis-seba’ minuta 36-36. Nathan Xuereb reġa’ poġġa lil Luxol minn fuq hekk kif il-vjola għamlu run ta’ 11-3 u daħlu jistrieħu 51-47 minn fuq.
Fit-tielet perjodu, Valletta irnexxielhom jieħdu l-vantaġġ wera run ta’ 9-2 kważi kollha minn Campbell flimkien ma’ Francesco Mifsud Bonnici. Luxol sabu diffikulta biex jirrispondu tant li Valletta fetħu vantaġġ massimu ta’ disa’ punti 69-60 fid-disa’ minuta. Fl-aħħar minuta u nofs, Luxol irnexxielhom jagħmlu sitt punti mingħajr risposta għal skor ta’ 66-69. L-aħħar taqsima kienet storja differenti bi Xuereb imexxi l-logħob b’awtorita fejn għamel 20 punt b’erba’ trippli. Għalkemm Valletta żammew il-vantaġġ għal xi ħin, Luxol għamlu run ta’ 12-0 biex marru 81-73 minn fuq. Valletta waqqfuhom momentarjament b’żewġ trippli minn Campbell u Murray qabel ma Luxol għamlu break ieħor qawwi ta’ 17-0 b’ħames trippli biex temmew kull tama ta’ Valletta u rebħu l-partita 100-83.
Luxol Sherries Estates: A. Azzopardi 5, I. Azzopardi 3, N. Xuereb 30, J. Johnson 12, M. Brincat 12, D. Tomasi 13, B. Smith 21, S. Capello 4, S. Marra.
Valletta Dream: N. Grech, F. Mifsud Bonnici 5, K. Caruana 15, E. Campbell 38, S. Vincic 6, T. Murray 15, C. Penaloza 2, M. Rieger 2.
Referees: Fiorentina Ciurariu, Nestor Rincon, Miguel Fe Flavia.
//= $special ?>

