Lokali Qorti

Mhux ħatja li kkawżat ġrieħi involontarji fuq mara f’inċident tat-traffiku

Il-Qorti tal-Magistrati, preseduta mill-Magistrat Yana Micallef Stafrace, illiberat lil Stephanie Bondin mill-akkuża li kienet ikkagunat grieħi involontarji ta’ natura gravi lil Yordanoka Yordanova f’inċident tat-traffiku li seħħ fir-Rabat.

L-inċident kien allegatament seħħ fil-30 ta’ Ġunju 2023 għall-ħabta tas-7.30 ta’ filgħodu fi Triq it-Tagħbija, fejn Bondin ta’ 37 sena u residenti Ħad-Dingli kienet qed issuq vettura. Il-prosekuzzjoni sostniet li l-imputata, bi traskuraġni jew nuqqas ta’ ħila fis-sewqan, laqtet lill-mara Bulgara li kienet qed taqsam it-triq.

l-inċident seħħ fit-30 ta’ Gunju 2023 għall-habta ta’ 7:30am. fi Triq it-Tagħbija, ir-Rabat – Malta fejn il-mara kienet akkużata li b’nuqqas ta’ ħsieb, bi traskuraġni, jew b’nuqqas ta’ ħila fl-arti jew professjoni, jew
b’nuqqas ta’ tħaris ta’ regolamenti, b’mod involontarju ikkagunat offiża gravi fuq l-allegata vittma.
Il-Prosekuzzjoni talbet ukoll li Bondin tiġi skwalifikat/a mill-liċenzji kollha tagħha tas sewqan.

Il-vittma xehdet f’żewġ okkażjonijiet separati u tat diversi verżjonijiet tal-inċident. Fis-seduta tal-13 ta’ Marzu 2024, Yordanova rrakkuntat bl-Ingliż li kienet niżlet mill-karozza tal-linja u qasmet iż-żewġ korsiji fit-triq, fejn għal ftit waqfet fuq “island” ċentrali sabiex tkompli taqsam. Allegatament, Bondin laqtitha meta daret f’daqqa minn lane għall-ieħor mingħajr indikatur, u kkawżatilha waqgħa li ma tiftakarx sew.

Meta reġgħet xehdet fit-19 ta’ Mejju 2025, Yordanova tat verżjoni kemxejn differenti, fosthom li l-inċident seħħ fis-29 ta’ Ġunju u mhux fit-30 kif indikat fit-tahrika tal-akkuża. Hija spjegat li kienet niżlet mill-karozza tal-linja X3 fejn hemm il-first stop barra l-Imdina u bdiet taqsam triq li fiha kienu jeżistu tliet lanes mingħajr zebra crossing.

Allegatament kienet qasmet iż-żewġ lanes tal-istess direzzjoni u kienet wieqfa fuq island miżbugħa fl-art meta l-karozza ta’ Bondin daret b’daqqa waħda lejn il-lemin u laqtitha. Il-vittma qalet li waqgħet fuq il-minkeb, dahar u spallejn u li l-imputata offrietha li tieħodha l-polyclinic minħabba l-volum tat-traffiku.

Ix-xhieda kienet mimlija kontradizzjonijiet u punti mhux ċari dwar l-eżatta dinamika tal-inċident, kif ukoll dwar jekk il-vittma kinitx fuq iz-zebra crossing (li dak iż-żmien ma kienx jeżisti) jew fuq il-marki tan-nofs tat-triq. Il-Qorti semmiet ukoll konfuzzjoni rigward jekk l-island kinetx struttura fiżika jew sempliċement żebgħa fuq l-art.

Barra dawn in-nuqqasijiet fil-provi, il-Qorti osservat li l-imputata ma ngħatatx id-dritt għall-avukat u lanqas id-dritt tas-silenzju waqt l-interrogazzjoni mill-Pulizija, li skont il-Qorti jammonta għal nuqqas serju fil-proċedura u jikser id-drittijiet fundamentali ta’ min ikun akkużat. Dan waħdu, skont il-Maġistrat, jagħmel il-proċess difettuż.

Fl-analiżi tagħha, il-Qorti qieset li l-prosekuzzjoni ma laħqitx tippreżenta livell ta’ prova li jissodisfa l-kriterju “lil hinn minn kull dubbju raġonevoli”, speċjalment fid-dawl tal-kontradizzjonijiet tad-data tal-inċident u n-natura mhux konsistenti tax-xhieda tal-vittma.

Għaldaqstant, il-Qorti ddeċidiet li l-akkuża ma tissodisfax l-elementi meħtieġa mil-liġi kriminali u għalhekk ħabbret lil Stephanie Bondin mhux ħatja, u lliberatha minn kull ħtija u piena taħt l-artikolu 226(1)(b) tal-Kodiċi Kriminali u r-regolamenti relatati mas-sewqan.