Ingliż ta’ 51 sena kien arrestat fl-Ajruport Internazzjoni ta’ Malta, b’rabta ma’ importazzjoni
ta’ aktar minn 19-il kilo sustanza suspettata droga khat, b’valur fis-suq ta’ madwar €8,000.
Ir-raġel kien imwaqqaf minn uffiċjali tad-Dwana mal-wasla tiegħu fuq titjira minn Amsterdam
u fi tfittxija li saret fil-bagalja tiegħu, il-Pulizija sabet 100 pakkett bis-suspettata droga.
Bil-każ kienet infurmata l-Maġistrat Monica Vella li fetħet inkjesta u minnufih bdew
ukoll l-investigazzjonijiet tal-Pulizija.Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti t-Tlieta, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu, quddiem il-Maġistrat Kevan Azzopardi.
Raġel arrestat b’rabta ma’ importazzjoni ta’ droga khat


