Lokali

Rapport jikkonferma li d-dniefel tal-Mediterraneo Marine Park jinsabu f’kundizzjoni tajba

Id-dniefel tal-Mediterraneo Marine Park u l-iljun tal-baħar huma mħarsa tajjeb.

Dan ħareġ f’rapport li kkonkluda li dawn l-annimali jitħarrġu sew u jgħixu f’faċilitajiet li jissodisfaw l-istandards Ewropej tal-benesseri.

Ir-reviżjoni, li saret bejn it-17 u t-19 ta’ Settembru mill-espert tad-dniefel Manuel Garcia Hartmann u d-Direttur tal-Benesseri tal-Annimali Joseph John Vella, bdiet wara li numru ta’ attivisti esprimew tħassib serju dwar infrastruttura li qed tiddeterjora u l-benesseri ta’ dawn il-kreaturi. Madankollu, ir-rapport jinnota mġiba soċjali pożittiva fost il-ħames dniefel li jinsabu f’dan il-park.